Wednesday, May 15, 2024

ARA: Tliet persuni l-Qorti b’rabta mas-serqa minn ġojjellerija fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Mara Maltija ta’ 29 sena u żewġ barranin raġel ta’ 37 sena u ieħor ta’ 26 sena għadhom kemm twasslu fil-bini tal-Qorti ftit tal-ħin ilu fejn se jkunu qegħdin jiġu akkużati bis-serqa ta’ diversi oġġetti tad-deheb. Huma wkoll allelgatament rabtu anzjan ta’ 67 sena u wara ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt.

Hekk kif iddaħlu l-akkużati ddaħlu fl-awla, qamet kommossjoni sħiħa hekk kif il-mara Donna Sciberras li hija waħda mill-akkużati għamlet għal wieħed minn dawk li tressqu magħha.

Iż-żewġ akkużati l-oħrajn huma Mohamed Anas Boulalam ta’ 37 sena mwieled il-Marokk, u Zouhair Hadoumi ta’ 26 sena mill-Marokk ukoll.

Kien hawn li kellhom jintervjentu l-uffiċjali tal-pulizija biex iżommuha fejn wieħed mill-akkużati kellu jinħareġ barra mill-awla.

Huma ġew akkużati b’attentat ta’ qtil, ikkaġunaw ġrieħi fuq anzjan b’arma li taqta’ u bil-pont, li żammew anzjan kontra l-volontà tiegħu, li wettqu serq b’dannu għal vittma u li għamlu ħsara volonarja fil-proprjetà ta’ ħaddieħor.

Tibda s-seduta

Il-prosekuzzjoni hekk kif bdiet tispjega l-każ kif seħħ tgħid li fil-25 ta’ Awwissu ta’ din is-sena, għall-ħabta tas-7.30 p.m., daħlet telefonata fl-għassa taż-Żurrieq li allegatament kien sar hold up f’ħanut tad-deheb fiż-Żurrieq.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn hemm sabet lill-vittma li dak il-ħin kien għadu msakkar ġewwa. Eventwalment ġie żgassat il-ħanut sabiex jinħareġ il-vittma u ttieħed l-isptar fejn imbagħad ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Biex waslet għal arresti, il-Prosekuzzjoni tgħid li skattat investigazzjoni, fejn raw il-filmati CCTVs u l-Pulizija waslu għat-tliet imputati li kienu l-persuni li wettqu s-serqa. Inġieb mandat ta’ arrest fil-konfront tagħhom u l-Ħadd 27 t’Awwissu ġew arrestati f’residenza f’Tas-Sliema.

Dawn ipprovaw jaħarbu iżda eventwalment ġew arrestati.

Meta ġew mitluba xi jwieġbu għal akkużi kontrihom, it-tliet akkużati wieġbu mhux ħatja.

Id-Difiża qalet li f’dan l-istadju ma kinitx se titlob għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant l-imputati baqgħu jinżammu taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Huma tressqu quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo

Sport