“Li tkun omm mhix professjoni jew impjieg, imma att ta’ mħabba”. Iddikjara dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ftit sigħat qabel għada niċċelebraw il-ġurnata dedikata lill-ommijiet.
Filwaqt li sellem lil ommu Fearne qal li għalkemm din il-ġurnata tiġi darba fis-sena, l-imħabba tal-ulied għandha tkun is-sena kollha.
Bħala Deputat Prim Ministru, Fearne qal li b’dak li jkun deċiż fil-parlament jista’ jkun qiegħed jagħti l-opportunità lil aktar nisa jsiru ommijiet u għalhekk fil-ġranet li ġejjin se jkunu qed jitressqu l-emendi fil-liġi tal-IVF biex aktar nisa jkollhom opportunità biex f’dan il-jum ikollhom min jawguralhom f’dan il-jum.