Thursday, December 26, 2024

Libertà proviżorja għal raġel mixli b’użura fuq €15,000

Aqra wkoll

Clayton Galea ta’ 37 sena residenti l-Fgura tressaq il-Qorti fejn ġie mixli b’użura u theddid. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bl-Avukati tiegħu jagħmlu talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Paul Camilleri u Hubert Cini ma opponewx din it-talba sakemm ikun hemm kundizzjonijiet adekwati fosthom li tiġi protetta l-allegata vittma. 

Fil-Qorti ntqal illi s-somma involuta hija ta’ €15,000 u li Galea allegatament hedded lill-vittma billi qallu: “Naf fejn int, int u l-familja.” 

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €3,000. 

Huwa kien ordnat jiffirma l-Għassa ta’ Raħal Ġdid tliet darbiet fil-ġimgħa u ma joħroġx mid-dar fil-ħin ta’ bejn il-11.00 p.m. u s-6.00 a.m. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegat vittma. 

Ekonomija

Sport