Friday, November 8, 2024

Libes l-istola biex iqarben… il-quddiesa titwaqqaf ħesrem

Il-Kurja tgħid li Adrijanu Cachia ma jistax iqaddes fil-pubbliku

Aqra wkoll

Il-kwistjoni marbuta ma’ Patri Adrijanu Cachia ħolqot kontroversja ġdida fl-aħħar sigħat. Dan hekk kif Patri Adrijanu mar biex jilbes l-istola eżatt qabel it-tqarbin waqt quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Għargħur. Kien hawn li l-Kappillan telaq minn fuq l-altar u l-quddiesa twaqqfet ħesrem.

Għal xi mument jidher li kien hemm xi battibekk bejn Patri Adrijanu u ċ-ċelebrant.

Quddiem dan l-inċident, il-Kurja fi stqarrija qalet li Adrijanu Cachia m’għadux parti mill-Konkregazzjoni Franġiskana u ma jistax jeżerċita d-dmirijiet saċerdotali fil-pubbliku.

Il-każ ta’ Cachia kien beda meta l-Ordni tal-Franġiskani Minuri kien insista li m’għandux jibqa’ jitqies bħala Patri Franġiskan. Hu kien ikkontesta d-deċiżjoni.  Patri Adrijanu Cachia għandu 75 sena u hu magħruf ħafna għad-devozzjoni tiegħu lejn San Ġużepp. 

Sport