Tuesday, April 16, 2024

Fabianne Ruggier tinħatar direttriċi f’RSM Malta

Aqra wkoll

RSM Malta ħabbret il-ħatra ta’ Fabianne Ruggier bħala direttriċi mill-1 ta’ Lulju, wara sitt snin bħala konsulent eżekuttiv tal-istess kumpanija. 

“L-irwol ta’ direttur jagħtini l-opportunità li nkompli nesperimenta u nikber kemm mil-lat professjonali kif ukoll b’mod personali,” qalet Ruggier. 

Hija għandha aktar minn 18-il sena esperjenza f’dan il-qasam. Fil-bidu tal-karriera tagħha hija mexxiet policy nazzjonali u ħadmet biex toħloq relazzjonijiet bejn is-settur pubbliku u privat filwaqt li aktar tard fil-karriera tagħha ingħaqdet ma’ kumpanija privata multinazzjonali fejn introduċiet programmi internazzjonali f’pajjiżna. 

Ekonomija

Sport