Libjan ta’ 47 sena ġie kkundannat seba’ xhur ħabs wara li fil-Qorti ammetta li lura għall-2022, seraq scooter minn Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mll-Ispettur Sara Kathleen Zerafa, spjegat li l-każ seħħ fit-23 ta’ Novembru tal-2022. Fix-xhieda tiegħu, l-akkużat Ahmed Tarek Migrief Ftis, ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi qies l-ammissjoni bikrija ta’ Ahmed, kif ukoll il-fatt li kkoopera u li għamel dan minkejja li għandu l-vizzju tax-xorb.
Apparti l-piena ta’ ħabs, il-Maġistrat Azzopardi ordna lil Ftis sabiex iħallas multa ta’ €550. Huwa tqiegħed taħt ordni ta’ trattament għal sena biex jindirizza l-problema tax-xorb li huwa maħkum minnha.