Thursday, June 13, 2024

Euro 2024: Rashford u Henderson barra mill-iskwadra Ingliża

Aqra wkoll

Meta l-coach tal-Ingilterra, Gareth Southgate, ħabbar l-iskwadra proviżorja ta’ 33 player għall-finali tal-Euro 2024 huwa ħalla barra lil Marcus Rashford ta’ Manchester United u lil Jordan Henderson ta’ Ajax. 

Rashford, 26 sena, tħabat għall-forma dan l-istaġun, fejn skorja seba’ goals u ta żewġ assists fi 33 dehra fil-kampjonat.

Huwa lagħab f’seba’ logħbiet tal-Ingilterra dan l-istaġun qabel ma tħalla barra kontra l-Belġju f’Marzu, u issa tħalla barra mill-iskwadra tat-taħriġ ta’ Southgate.

Rashford poġġa screenshot tal-iskwadra fuq il-midja soċjali “jixtieq lil Gareth u lill-players l-aħjar” għall-Euro.

Henderson, 33 sena, ingħaqad ma’ Al-Etti­faq fl-Arabja Sawdija mingħand Liverpool fis-sajf li għadda, iżda ħallihom biex jingħaqad ma’ Ajax, f’Jannar li għadda.

Southgate kompla jagħżlu wara t-trasferiment tiegħu lejn il-Sawdi Pro League, għalkemm kien ibbuwjat minn xi partitarji fl-ewwel logħba tiegħu lura fil-pajjiż, kontra l-Awstralja, f’Wembley f’Ottubru, li l-ma­nager tal-Ingilterra qal dak iż-żmien kien qed “jisfida l-loġika” .

Henderson kien fl-iskwadra tal-partiti ta’ ħbiberija ta’ Marzu kontra l-Brażil u l-Belġju iżda ma lagħabx.

L-iskwadra tinkludi ħames players ġodda li huma Jarrad Branthwaite, Curtis Jones, Jarell Quansah, Adam Wharton u James Trafford waqt li oħrajn li tħallew barra huma Ben Chilwell, Reece James, Raheem Sterling (Chelsea), Jadon Sancho (B. Dortmund), Dominic Solanke (Bournemouth) u Ben White (Arsenal).

Southgate se jkollu jħalli barra mill-inqas seba’ players meta jikkonferma l-iskwadra finali tiegħu ta’ 26 player.

Goalkeepers: Dean Henderson (C. Palace), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal), James Trafford (Burnley).

Difensuri: Jarrad Branthwaite (Everton), Lewis Dunk (Brighton), Joe Gomez, Jarell Quansah (Liverpool), Marc Guehi (Cry­stal Pala­ce), Ezri Konsa (Aston Villa), Harry Maguire, Luke Shaw (Manchester United), John Stones, Kyle Walker (Manchester City), Kieran Trippier (Newcastle).

Midfielders: Trent Alexander-Arnold, Curtis Jones (Liverpool), Conor Gallagher (Chelsea), Kobbie Mainoo (Manchester United), Declan Rice (Arsenal), Adam Wharton (C. Palace).

Attakkanti: Jude Bellingham (Real Mad­rid), Jarrod Bowen (West Ham), Eberechi Eze (C. Palace), Phil Foden, Jack Grealish (Manchester City), Anthony Gordon (Newcastle), Harry Kane (Bayern Munich), James Maddison (Tottenham), Cole Palmer (Chelsea), Bukayo Saka (Arsenal), Ivan Toney (Brentford), Ollie Watkins (Aston Villa).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport