Saturday, July 20, 2024

Libjan mixli bi tliet serqiet

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena mil-Libja li m’għandux indirizz fiss fejn joqgħod baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli bi tliet serqiet matul dan ix-xahar.

Ibrahim Tonsi kien mixli li fid-19 ta’ Awwissu seraq mill-Maypole ta’ Ħal Qormi, fl-24 ta’ Awwissu minn banka tal-lottu f’Ħal Tarxien u fid-29 ta’ Awwissu mill-Miracle Foods ukoll f’Ħal Tarxien.

Tonsi ġie akkużat ukoll li għex ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ kif ukoll li kiser sentenza sospiża mogħtija fl-2018.

Huwa wieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi madankollu baqa’ miżmum taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Sarah Zerafa waqt li l-akkużat għandu tiddefendih lill-Avukat Fransina Abela.

Ekonomija

Sport