Sunday, May 19, 2024

Id-dinosawri jżuru lil Floriana hekk kif ikompli jinġibed Jurassic World: Dominion

Aqra wkoll

YouTube video

Minkejja l-aħbar li l-attur Chris Pratt iddeċieda li għalissa ma jiġix Malta biex ikompli bil-ġbid tal-film “Jurassic World: Dominion”, dan ma xekkilx lill-bqija tat-tim tal-produzzjoni milli jkompli jiġbdu xeni tal-film f’pajjiżna.

Fil-fatt dalgħodu l-Floriana kienet ikkaratterizzata minn attività marbuta mal-ġbid ta’ dan il-film. Inewsmalta mar fuq il-post fejn assista għall-ġbid ta’ partijiet tax-xeni inkwistjoni. U minkejja li Pratt ma kienx preżenti f’pajjiżna, xorta waħda kienu qed jinġibdu partijiet tal-film li jikkonċernaw lilu, b’post għalissa “jimlih” is-stunt man.

Intant tkellimna ma’ membri tat-tim tal-produzzjoni li qalu li qed jieħdu kull miżura possibbli biex jaċċertaw li ma jkunx hemm trasmissjoni tal-virus waqt il-ġbid. Saħansitra it-tim kollu preżenti qed ikollu jieħu swab test b’mod frekwenti.

Sport