Sunday, December 22, 2024

Liema kienu l-lokalitajiet bl-akbar ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ residenzjali f’Marzu?

Aqra wkoll

F’Marzu li għadda, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà residenzjali laħaq l-1,036, li kien ifisser tnaqqis ta’ 12.9 fil-mija meta kkumparat mas-sena ta’ qabel. Il-valur ta’ dawn il-kuntratti rreġistrati kien jammonta għal aktar minn €249 miljun, jiġfieri tanqqis ta’ 4.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) żied jgħid li 963 kuntratt jew 93 fil-mija tal-kuntratti rreġistrati saru minn xerrejja invidivwali filwaqt li l-bqija saru minn kumpaniji.

Min-naħa l-oħra, ix-xahar li għadda kienu reġistrati 1,172 konvenju taʼ proprjetà residenzjali, li juru żieda taʼ 59 wieħed fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.

L-NSO kompla biex jgħid li l-ikbar ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà f’Marzu saru fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Ħaż-Żabbar u Birkirkara u bejniethom kien jammontaw għal aktar minn tnejn u għoxrin fil-mija tal-kuntratti kollha li saru tul dan ix-xahar.

L-NSO temm jgħid li bejn Jannar u Marzu li għadda, saru 3,088 kuntratt bil-valur tagħhom kien jammonta għal kważi €790 miljun.

Ekonomija

Sport