Wednesday, April 24, 2024

Tappella lill-poplu biex imur ipoġġi xemgħa quddiem ir-ritratt ta’ binha quddiem Kastilja

Aqra wkoll

Omm JeanPaul Sofia qiegħda tappella lill-poplu biex juri solidarjetà u jmur u jpoġġi xemgħa quddiem ir-ritratt ta’ binha quddiem Kastilja.

Dan hekk kif aktar kmieni llum, Isabelle Bonnici poġġiet ritratt ta’ binha Jean Paul Sofia bix-xemgħat quddiem Kastilja biex tgħaddi messaġġ favur il-ftuħ ta’ inkjesta pubblika.

Jean Paul miet nhar it-3 ta’ Diċembru f’sit ta’ kostruzzjoni ġewwa Kordin. Isabelle Bonnici, flimkien mal-familjari tagħha, trid li sseħħ ġustizzja biex tkun taf verament x’wassal għat-telfa ta’ binha. Iżda mhux biss. Permezz ta’ inkjesta pubblika, jsiru wkoll rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati jew introdotti liġijiet ġodda biex ħadd ma jgħaddi minn dak li għaddejja minnu bħalissa Isabelle.

Isabelle sostniet li kienet u se tkompli għaddejja bil-missjoni tagħha u ħeġġet lill-poplu biex jingħaqad magħha f’dan l-appell favur il-ħajja u l-ġustizzja. “Għal Jean Paul”, temmet tgħid.

Sport