Monday, May 6, 2024

UCL: Vantaġġ għal AC Milan u Real Madrid

Aqra wkoll

AC Milan v Napoli …. 1-0

Wara r-rebħa riċenti ta’ 4-0 li AC Milan kisbu barra minn darhom kontra Napoli fis-Serie A, huma kisbsu t-tieni rebħa konsekuttva kontra l-Partenopei meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0, din id-darba ġewwa darhom f’San Siro, bil-goal tant importanti għalihom jasal minn Ismael Bennacer (40).

Ta’ nota huwa l-fatt li Napoli spiċċaw jilagħu b’10 players fil-75 minuta, meta tkeċċa għalihom il-player André-Frank Zambo Anguissa wara li rċieva żewġ karti sofor f’temp ta’ erba’ minuti biss.

B’hekk, kollox jinsab miftuħ għall-post fis-semi-finali, hekk kif iż-żewġ timijiet jerġgħu jaffrontaw lil xulxin matul il-ġimgħa d-dieħla, din id-darba ġewwa Stadio Diego Armando Maradona.

Real Madrid v Chelsea ….2-0

Real Madrid ġewwa darhom fis-Santiago Bernabeu għelbu l-isfida ta’ 2-0, bl-iskorers għalihom ikunu Karim Benzema (22) u Marco Asensio (74). Detrimentali għall-Blues kienet it-tkeċċija permezz ta’ karta ħamra diretta għall-player Ben Chilwell fid-59 minuta.

Dan il-vantaġġ doppju jista’ jiswa ferm għall-Madrileni, madankollu, xorta waħda kollox jinsab miftuħ għall-post mal-aħħar erbgħa, hekk kif iż-żewġ timijiet jerġgħu jilagħbu matul il-ġimgħa d-dieħla, din id-darba f’Londra ġewwa Stamford Bridge.

Sport