Tuesday, May 14, 2024

EURO 2028: Ingilterra, Irlanda jħabbru l-istadia għall-offerta konġunta tagħhom

Aqra wkoll

Il-Casement Park ta’ Belfast u Bramley-Moore Dock ta’ Everton, żewġ grounds li għadhom mhux mibnija, jinsabu fl-offerta konġunta tar-Renju Unit u l-Irlanda biex jospitaw l-Euro 2028.

Dawn jinkludu wkoll lil Hampden Park ta’ Glasgow, il-Principality Stadium ta’ Cardiff, flimkien ma’ dawk Ingliżi, Wembley, St James Park, Villa Park, l-Etihad Stadium u Tottenham Hotspur Stadium.

L-Aviva Stadium ta’ Dublin jinsab ukoll il-lista qasira finali.

It-Turkija hija l-kandidat l-ieħor biex tospita t-tournament f’Ġunju u f’Lulju. L-offerta tat-Turkija hija wkoll għall-2032 waqt li l-Italja wkoll issottomettiet offerta biex tospita dik l-edizzjoni.

Oriġinarjament, 14-il ground kienu fuq il-lista mqassra ppreżentata lill-UEFA mill-ħames assoċjazzjonijiet tal-football mir-Renju Unit u l-Irlanda s-sena l-oħra.

Old Trafford – li fl-Ingilterra jesa’ it-tieni l-iktar wara Wembley, li Stadium of Light, il-London Stadium u l-Croke Park ta’ Dublin huma l-erbgħa li tneħħew mil-lista.

L-offerta kienet appoġġjata mill-Prim Ministru, Rishi Sunak, il-Prim Ministru Irlandiż, Leo Varadkar, l-Ewwel Ministru tal-Iskozja, Humza Yousaf u l-Ewwel Ministru ta’ Wales, Mark Drakeford.

L-istadiums ospiti li ppreżentaw ir-Renju Unit u l-Irlanda għall-Euro 2028, huma:

  1. Wembley Stadium (Londra) (jesà 90,652)

  2. Principality Stadium (Cardiff) (73,952)

  3. Tottenham Hotspur Stadium (Londra) (62,322)

  4. Etihad Stadium (Manchester) (61,000)

  5. Everton Stadium (Liverpool) (52,679)

  6. St James’ Park (Newcastle) (52,305)

  7. Villa Park (Birmingham) (52,190)

  8. Hampden Park (Glasgow) (52,032)

  9. Aviva Stadium (Dublin) (51,711)

10. Casement Park (Belfast) (34,500)

Sport