Liġi ġdida se tidħol fis-seħħ fil-Polonja fi ftit żmien, fejn tipprojbixxi vittmi jew dixxendenti Lhud tat-Tieni Gwerra Dinjija, milli jieħdu lura proprjetajiet li ttieħdu minn taħt idejhom f’dak il-perjodu.
Din il-liġi, li fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ffinalizzatha fil-Parlament Pollakk, se tistabilixxi perjodu b’massimu ta’ 30 sena ċans biex tappella bi sfidi legali fuq proprjetajiet ikkonfiskati. Dan se jwassal għal ammont sostanzjali ta’ talbiet miċħuda.
Vittma ta’ din il-liġi hija Shoshana Greenberg, mara ta’ 74 residenti Tel Aviv. Greenberg, kienet fil-proċess li tieħu lura numru ta’ prorpretajiet li kellha missierha meta ttieħed Auschwiz flimkien ma ħutu. Missierha kien l-uniku wieħed li salva mill-kamp. Wara l-Gwerra, il-Gvern kommunist fil-Polonja ħataf dawn l-istess proprjetajiet filwaqt li l-vittmi kellhom jibnu ħajjithom mill-ġdid, ximkien ieħor.
Il-ġrajja ta’ Greenberg bdiet meta missierha talabha tieħu ħsieb ħsieb dak li kien tagħhom. Tgħid li fl-2016, fil-qorti Pollakkaa, “x’ħin bdejt nixhed, kelli saħħa daqs il-ħadid. Leħen missieri ħareġ minn fommi, f’isem familti u s-sitt miljun Lhudi li miet.”
Wara li ġiet iddikratha bħala l-eredi legali, marret fuq il-qabar ta’ missierha, “u għidtlu li rnexxielu nirbaħ, li irnexxieli nreġġa lura d-dinjità tal-familja.” Minkejja dan ftit ġimgħat wara, l-uffiċċju tar-reġistrat tal-artijiet Pollakki ċaħad it-talba tagħha biex l-proprjetajiet jiġu rreġistrati f’isimha. “Ixxukkjajt ruħu, kont l-eredi iżda mhux is-sid.”
Għaliex qiegħed isir dan kollu?
Il-Gvern tal-pajjiż jisħaq li dawn ir-regolamenti ġodda huma bil-għan li jonqsu irregolaritajiet u frodi. Hija tgħid ukoll li, “mhux responsabbli ta’ dak li ġara fl-olokawst u l-atroċitajiet li saru mill-Ġermaniżi.”
Minkejja dan diversi pajjiżi bħar-Renju Unit, Iżrael u l-Istati Uniti kkritikaw bi sħiħ din il-liġi u r-raġunament warajha. Il-Ministeru għall-Affarjiet Barranin tal-Iżrael twieġeb, “dan mhux dibattitu ta’ min hu responsabbli tal-olokawst iżda l-Polonja hija obligata li tagħti lura ‘l dawk iċ-ċittadini kollha li nsterqilhom djarhom waqt il-gwerra u taħt ir-reġime kommunist.”