Friday, December 13, 2024

Liġijiet aktar ħorox fir-Renju Unit għal ġenituri li ma jħallsux manteniment lil uliedhom

Aqra wkoll

Il-ġenituri li huma obbligati bil-Qorti li jħallsu manteniment lil uliedhom se jkunu qegħdin jaffaċjaw liġijiet ferm aktar ħorox f’każ li ma jagħmlux dan. Skont pjan tal-Gvern Ingliz, dawn il-ġenituri li jfallu mill-obbligu tagħhom jistgħu saħansitra jitlfu d-dar tagħhom u anke l-liċenzja tas-sewqan.

Il-pulizija se jkunu jistgħu jieħdu passi kontra dawn il-ġenituri fi żmien 6 ġimgħat biss hekk kif s’issa biex l-awtoritajiet jieħdu passi kellhom iħallu mill-inqas 6 xhur.

Mel Stride, is-Segretarja tax-Xogħol u l-Pensjonijiet qalet li r-riforma li se tkun qiegħda tidħol fis-seħħ se żomm lill-ġenituri responsabbli li jħallsu l-manteniment lil uliedhom u jekk ma jagħmlux dan se jkunu qegħdin jaffaċjaw pieni ferm aktar ħorox.

F’din ir-riforma fil-liġi se jkun hemm mekkaniżmu ġdid biex dawk il-ġenituri li kellhom jirċievu l-manteniment ikollha l-proċess tagħhom mgħaġġel biex jiġbru dak devut lilhom minflok ma joqgħodu jiftħu l-kawżi l-qorti.

Skont rapporti ppubblikati mill-Gvern Ingliż dawn il-miżuri l-ġodda jistgħu jaffetwaw 10,000 persuna li kull sena jirrifjutaw li jħallsu l-manteniment. “Naf li l-maġġoranza tal-ġenituri jħallsu l-manteniment u qatt ma jfallu pagament. Iżda hemm oħrajn li mhux qegħdin jonoraw l-obblig tagħhom,” qalet Mel Stride.

Ekonomija

Sport