Wednesday, July 24, 2024

ARA: Eluf jattendu għall-Karnival Spontanju tan-Nadur

Aqra wkoll

Il-Karnival Spontanju tan-Nadur li jsir ta’ kull sena jattira eluf ta’ viżitaturi speċjalment żgħażagħ li jiġu apposta minn Malta biex flimkien jiċċelebraw dawn il-jiem ta’ briju f’din il-lokalità. Karnival li jibda wara nżul ix-xemx u kulħadd jista’ jipparteċipa u jilbes kull xorta ta’ kwalunkwe materjal.

Dawk li jieħdu sehem iġibu magħhom u jilbsu kostumi kompluti b’maskli, jitħalltu ma oħrajn għal dak li jista jissejjaħ l-akbar parti fil-pjazza prinċipali San Pietru u San Pawl, fejn b’enerġija kbira dawn ilkoll jibqgħu jiċċelebraw flimkien bi żfin għal sigħat sħaħ bla waqfien. Dan il-briju f’din il-lokalità idum sejjer għal ħamest ijiem sas-sigħat bikrin tal-Erbgħa ta’ Tniebri jew Ras ir-Randan.

Ekonomija

Sport