Wednesday, July 24, 2024

Ħabs wara li nqabad jipprova jisraq minn karozza

Aqra wkoll

Ans Algheziwi ta’ 35 sena mil-Libja kellu s-sentenza ta’ 4 xhur u 20 jum ħabs ikkonfermati wara li parti mis-sentenza tal-Ewwel Qorti ġie kkonfermata mill-Qorti tal-Appell. Iżda l-istess Qorti biddlet il-konfiska ta’ €15,000 mibdula għal €3,000 wara li kien instab ħati li f’Ġunju li għadda, fost l-oħrajn, ipprova jisraq karozza fl-Imsida.

Kien f’Settembru li għadda meta l-Libjan tressaq il-Qorti. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ kien seħħ fil-25 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet fi Triq it-Torri. Algheziwi kien ġie akkużat u li hedded raġel li kien qed juża l-karozza bir-reat li wettaq kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja.

Il-Libjan appella mis-sentenza minħabba li skont hu l-konfiska ta’ €15,000 kienet piena eċċessiva.

Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima qalet li kien weħel 4 xhur ħabs għax kiser il-libertà proviżorja. Il-Qorti qalet li l-konfiska ta’ €15,000 kienet kemxejn waħda sproporzjonata għal ksur li nstab ħati dwaru.

Kien għalhekk li l-Qorti kkonfermat il-piena ta’ ħabs, iżda orndat li l-ordni ta’ konfiska favur il-Gvern ta’ €15,000 tinżel għal €3,000.

Ekonomija

Sport