Wednesday, July 24, 2024

Daniel Bajada jirbaħ it-tieni ranking tournament tat-table tennis

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis organizzat it-tieni ranking tournament tas-sena 2024 li fih kien hemm konkorrenza ġmielha ta’ plejers lokali skont il-kategorija tagħhom.

Dan ir-ranking tournament intrebaħ mill-plejer ta’ MITTC Daniel Bajada li kien konsistenti fil-logħbiet kollha li lagħab u li rebaħhom kollha.

Fil-finali, Bajada ltaqa’ kontra plejer ieħor fil-forma Gabriel Grixti u rebaħlu 3-0 sabiex baqa’ jżomm l-ewwel post tal-klassifikazzjoni fil-livell tas-seniors. Fil-fatt, Bajada rebaħ fi tliet sets ta’ 11-7, 11-3 u 11-8 sabiex aċċerta ruħu mir-rebħ tal-kompetizzjoni.

Sadanittant spikka wkoll il-plejer żagħżugħ Sam Borg li kiseb il-kwalifikazzjoni għar-round ewlieni apparti li tejjeb il-wirjiet tiegħu.

Ekonomija

Sport