Monday, November 11, 2024

Ligue 1: PSG isofru s-sitt telfa

Aqra wkoll

Lorient issorprendew lil Paris St-Germain b’10 players hekk kif il-leaders ta’ Ligue 1 sofrew is-sitt telfa fil-kampjonat u d-disa’ waħda tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha fl-2023.

Enzo le Fee (15) fetaħ l-iskor għal Lorient u fl-20 minuta Achraf Hakimi tkeċċa għal PSG wara li ġabar żewġ karti sofor fi kwarta.

Kylian Mbappe (29) kiseb id-draw għat-team tal-lokal iżda goals ta’ Darline Yongwa (39) u Bamba Dieng (88) issiġillaw ir-rebħa għal Lorient.

PSG baqgħu ħames punti fuq Marseille, li għelbu lil Auxerre 2-1 f’darhom, meta għat-tmiem fadal ħames logħbiet oħra.

TOULOUSE BL-EWWEL UNUR MAĠĠURI – Toulouse għollew l-ewwel trofew maġġuri tagħhom meta fil-finali tat-Tazza Franċiża għelbu lil Nantes 5-1.

Kienet l-akbar rebħa fil-finali tat-Tazza Franċiża mill-1970 meta Saint-Etienne għelbu lil Nantes 5-0 – is-sena li ġew iffurmati Toulouse.

Team imsejjaħ Toulouse FC rebaħ it-Tazza Franċiża fl-1957, iżda sparixxew 10 snin wara f’fużjoni mat-team ta’ Pariġi, Red Star, u huma meqjusa bħala club differenti.

Sport