Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana tat il-ħelsien mill-arrest lil Mohamed Ali Ahmed Elmushraty magħruf aħajr bħala Lilu King.
Kien f’Mejju f’Jannar li għadda meta Lilu King kien tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus u anke bi traffikar tad-droga. Huwa jinsab mixli ukoll b’involviment fi kriminalità organizzata
Elmushraty ilu madwar 10 xhur taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €40,000. Elmushraty irid ikun f’daru bejn id-9.00pm u s-7.00am. Il-Qorti ordnatlu wkoll jiffirma kuljum fl-Għassa tal-Ħamrun.
Id-difiża qed titmexxa mill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Jose Herrera.