Wednesday, July 24, 2024

Niko Kovac jitkeċċa minn kowċ ta’ Wolfsburg

Aqra wkoll

Wolfsburg neħħew lill-kowċ Kroat Niko Kovac wara t-telfa kerha kontra Augsburg fi tmiem din il-ġimgħa. Dan it-tim Ġermaniż xejn m’hu sejjer tajjeb matul dan l-istaġun hekk kif jinsab fin-naħa t’isfel tal-klassifika, sitt punti biss ‘il bogħod miż-żona l-ħamra.

L-amministratur ta’ Wolfsburg Marcel Schafer fi stqarrija qal li riedu jagħtu skoss lill-plejers li bħal donnhom ma kinux qed jisimgħu minn Kovac. Dan tal-aħħar inħatar f’dan ir-rwol fl-2022 wara esperjenzi mat-tim nazzjonali Kroat, Eintracht Frankfurt, Bayern Munich u Monaco.

Ekonomija

Sport