Friday, November 13, 2026
Home Sport Lionel Messi b’ċans li jirbaħ l-MVP Award tal-MLS għat-tielet sena nfila

Lionel Messi b’ċans li jirbaħ l-MVP Award tal-MLS għat-tielet sena nfila

0
27

Lionel Messi ġie nnominat fost il-ħames finalisti għall-premju tal-Most Valuable Player (MVP) tal-MLS għall-2026, u għandu ċ-ċans jirbaħ dan l-unur għat-tielet sena konsekuttiva.

Il-captain ta’ Inter Miami rebaħ il-premju fl-2024 u fl-2025, u jista’ jsir l-ewwel player fl-istorja tal-MLS li jirbaħ dan it-titlu għal tliet snin konsekuttivi.

Messi kellu staġun ieħor mill-aqwa, fejn skorja 26 goal f’31 partita u pprovda wkoll 17-il assist.

Il-finalisti l-oħra huma Evander (FC Cincinnati), Guilherme (Houston Dynamo), Hany Mukh­tar (Nashville SC) u ż-żagħżugħ ta’ 17-il sena Cavan Sullivan (Philadelphia Union).

Ir-rebbieħ jitħabbar waqt il-play-offs tal-MLS Cup.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here