Sunday, December 22, 2024

Lionel Messi jilħaq ftehim verbali biex iġedded ma’ Paris SG

Aqra wkoll

Lionel Messi laħaq ftehim verbali ma’ Paris St Germain biex jiffirma kuntratt ġdid. 

Dan minħabba li l-kuntratt attwali tal-attakkant internazzjonali Arġentin jintemm f’Ġunju li ġej u l-Pariġini huma ħerqana li jorbtuh għal sentejn oħra.

Għaldaqstant fil-jiem li ġejjin, iż-żewġ partijiet se jiddiskutu ftehim ġdid dwar is-salarju tiegħu. 

Kien hemm ħafna spekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Messi fejn rapporti kienu jgħidu li seta’ jmur jilgħba fl-Istati Uniti mal-club ta’ David Beckham, Inter Miami. 

Barcelona kienu wkoll rrappurtati li setgħu jieħduh lura fin-Nou Camp iżda ladarba telaq mill-club Katalan, il-player ta’ 35 sena ma jridx imur lura. 

Minkejja dan, il-ġganti Spanjoli ma qatgħux qalbhom li jerġgħu jingħaqdu mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u se jippruvaw jikkompetu mat-termini offruti minn PSG.

Ekonomija

Sport