Lionel Messi skorja s-700 goal tal-karriera tiegħu fil-livell ta’ clubs biex għen lil Paris St-Germain jegħlbu lil Marseille bl-iskor ta’ 3-0 u jkabbru l-vantaġġ tagħhom f’ras il-klassifika
Il-captain tal-Arġentina sar it-tieni player – wara Cristiano Ronaldo – li laħaq din iċ-ċifra fl-aqwa ħames kampjonati Ewropej.
Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Kylian Mbappe biex laħaq lil Edinson Cavani bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien għal PSG b’200 goal.
Huwa fetaħ l-iskor fil-25 minuta meta kkonkluda minn assist ta’ Messi. Imbagħad erba’ minuti biss wara, l-istess Mbappe rreċiproka l-favur lil Messi.
Fil-55 minuta, Mbappe skorja l-isbaħ goal tal-partita permezz ta’ volley li għeleb għal kollox lill-goalkeeper Paul Lopez.
Meqjus bħala wieħed mill-aqwa players ta’ kull żmien, Messi skojra 672 goals f’778 partita għal Barcelona, il-club li ngħaqad miegħu meta kellu 13-il sena.
Huwa wkoll l-aqwa skorer tat-team nazzjonali Arġentin fejn skorja 98 goals … u jonqsu biss żewġ goal biex isir it-tielet player li skorja l-100 goal għal pajjiżu.