Saturday, May 18, 2024

Barcelona megħluba minn Almeria

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Spanjol, il-leaders Barcelona fallew iċ-ċans li jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti fuq l-eqreb rivali, Real Madrid, meta marru għand Almeria u kontra kull mistenni sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0. 

Din hija it-tieni telfa tal-Katalani fil-kampjonat … u t-tieni telfa konsekuttiva f’temp ta’ erbat ijiem meta tilfu l-konfront tagħhom kontra Manchester United bl-iskor ta’ 2-1 fil-UEFA Europa League biex sfaw eliminati minn din il-kompetizzjoni. 

It-telfa kontra Almeria temmet ukoll sensiela ta’ seba’ rebħiet infila f’La Liga. 

L-uniku goal tal-partita wasal minn El Bilal Toure, fl-24 minuta. 

Sport