Tuesday, April 23, 2024

Lionel Messi jista’ jirritorna ma’ Barcelona fl-2023

Aqra wkoll

Il-fenomenu ta’ Paris Saint-Germain, Lionel Messi jista’ jirritorna mal-ex club ta’ Barcelona fl-2023.

Messi telaq mill-Camp Nou f’Awwissu wara li l-club ma setax jonora t-termini ta’ kuntratt ġdid minħabba r-restrizzjonijiet tas-salarji tal-La Liga.

L-internazzjonali Arġentin kien qatta’ s-17-il staġun preċedenti ma’ Barcelona, fejn skorja 672 goal f’778 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, Messi għadu jista’ jirritorna fil-Camp Nou qabel tmiem il-karriera tiegħu ta’ player.

Huwa mifhum li Barcelona qed jaħdmu minn wara l-kwinti fuq modi biex iġibu lura lis-sitt darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb wara l-istaġun li ġej.

Messi, li ffirma kuntratt ta’ sentejn fil-Parc des Princes bl-għażla tat-tielet sena, skorja tliet goals fi tmien dehriet għall-club il-ġdid tiegħu sa issa.

Sport