Lionel Messi kellu jħalli l-ground wara 37 minuta mar-ritorn tiegħu fl-azzjoni għal Inter Miami – iżda xorta waħda l-kollegi tiegħu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0.
L-Arġentin, nieqes fit-telfa ta’ Miami bl-iskor ta’ 5-2 kontra Atlanta nhar is-Sibt li għadda minħabba għejja tremenda, jista’ jitlef il-finali tal-US Open Cup tal-ġimgħa d-dieħla kontra Houston Dynamo.
Il-Manager Gerardo Martino qal li l-player ta’ 36 sena qed iġorr “injury antika”.
Ir-rebbieħ seba’ darbiet tal-Ballun tad-Deheb ma ntużax l-coach tal-Arġentina Lionel Scaloni kontra l-Bolivja l-ġimgħa li għaddiet.
L-eks kollega ta’ Messi fit-team ta’ Barcelona, Jordi Alba, ukoll sofra injury kontra Toronto u Martino qal li ż-żewġ players żgur li se jitilfu l-logħba tal-Ħadd kontra Orlando City.
“M’hemmx ċans li jkunu hemm nhar il-Ħadd,” qal Martino.
“Naf li għandna finali x’nilagħbu [nhar l-Erbgħa] iżda ż-żewġ players mhux se jersqu lejn il-ground jekk ma jkunux f’sikkithom.
Miami ma tilfu l-ebda partita mill-ħdax li kien fihom Messi minn meta ngħaqad mal-club tal-MLS f’Lulju, wara li ħalla liċ-champions Franċiżi Paris St-Germain fi tmiem l-istaġun 2022-23.