Monday, May 13, 2024

Chelsea se jinvestu fil-club ta’ Sporting Lisbon?

Aqra wkoll

Chelsea jinsabu f’taħditiet ma’ Sporting Lisbon għal investiment ta’ $500 miljun biex ikunu l-club alimentatriċi tagħhom, bi ftehim mad-ditta Amerikana Ares Management.

Ġie rrappurtat li l-ġimgħa li għaddiet. is-sidien ta’ Chelsea, Behdad Eghbali u Todd Boehly, kienu interessati li jakkwistaw sehem fi Sporting Lisbon, wieħed mit-tliet clubs il-kbar Portugiżi.

Rapporti sostnew li kien hemm “pjani serji” biex il-Pensioners ikollhom sehem minoritarju fi Sporting, xhur biss wara li l-ġerarkija ta’ Chelsea akkwistat sehem ta’ maġġoranza fil-club Franċiż ta’ Strasbourg. 

Il-club ta’ Ligue 1, li fih is-sidien ta’ Chelsea investew sehem ta’ £65 miljun, se jintuża bħala destinazzjoni għall-plejers tal-iżvilupp, b’Eghbali u Boehly ifittxu li jadottaw il-mudell ta’ multi-club li ġie adottat mill-akbar clubs tal-Ewropa f’dawn l-aħħar snin.

Madankollu, kieku l-club ta’ Sportin jintuża fi proġett bħal dan, se jqajjem bosta mistoqsijiet fil-football Eworpew. 

Il-club, ibbażat f’Lisbona rebaħ il-kampjonat Portugiż għall-19-il darba kif ukoll rebbieħ tat-Tazza Rebbieħa tat-Tazzi Ewropea. 

Sport