Saturday, May 4, 2024

Il-GWU ssellem il-memorja tat-trejdunjonista Gaetano Tanti

Aqra wkoll

Malta tilfet pilastru ieħor fit-trejdunjoniżmu, hekk kif dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Gaetano Tanti li serva fil-kariga ta’ President tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Il-General Worker’s Union sellmet il-memorja ta’ Tanti ftit tal-ħin wara li tħabbret il-mewt tiegħu.

Hu miet fl-età ta’ 66 sena.

Il-President tal-GWU Victor Carachi f’kummenti lil dan is-sit qal li Tanti kien bniedem ġentlom u trejdunjonist onest. “Tista’ titkellem miegħu … tiddibatti miegħu u tinnegozja b’mod onest miegħu. Ma kienx hard liner, anzi kien dejjem isib mod biex ikun moderat,” qal is-Sur Carachi filwaqt li sostna li Tanti ta servizz imprezzabbli lill-ħaddiema Maltin.

Is-Sur Carachi flimkien mal-Amministrazzjoni Ċentrali tal-GWU offrew il-kondoljanzi lill-familja ta’ Tanti fosthom lil martu Rose, tliet uliedu u lill-familji tagħhom.

Gaetano Tanti għal madwar 25 sena sħaħ ħadem fil-qasam trejdunjonistiku f’pajjiżna.

Sport