Wara li fl-ewwel sena ma’ Paris St-Germain sabha diffiċli biex jissetilja fl-ambjent Pariġin wara li ngħaqad mingħand Barcelona, f’dik sussegwenti l-attakkant internazzjonali Arġentin, Lionel Messi, wera l-veru potenzjal tiegħu, tant, li għen lit-team jirbaħ diversi unuri domestiċi … kif ukoll kien l-ispirazzjoni ewlenija ta’ pajjiżu fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja.
Peró, il-club Pariġin qed jitlef il-paċenzja mal-player ta’ 35 sena minħabba li minkejja kienu bdew it-taħdidiet biex jiġġedded il-kuntratt għal sena oħra, jidher li Messi qed ikaxkar saqajh biex jiffirma.
U jidher li qabel tmiem l-istaġun, jiġifieri Ġunju li ġej, m’hu se jiffirma l-ebda kuntratt.
Jidher li r-raġuni ewlenija hija li l-Arġentin m’għandu l-ebda konnessjoni mal-partitarji Pariġini minħabba li l-benjamin tagħhom huwa Kylian Mbappe.
Raġuni oħra hija jekk huwa jirbaħ il- UEFA Champions League ma’ PSG, huwa jħalli lill-club minnufih.
Żewġ clubs li qed jissemmew li Messi jista’ jingħaqad magħhom huma Barcelona u dak Amerikan, Inter Miami.