Saturday, September 7, 2024

Lionel Messi se jirbaħ il-Ballon D’or … it-tmien wieħed tiegħu personali

Aqra wkoll

Rapporti fil-media qed isostnu li Lionel Messi se jirbaħ it-tmien Ballon d’Or tiegħu aktar tard dan ix-xahar, bir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja jsir l-ewwel player li jilgħab barra mill-ogħla livell Ewropew.

It-tmien trofew tal-Arġentin jestendi r-rekord tiegħu bħala l-aktar player imżejjen b’dan il-premju, u se jara lill-player ta’ 36 sena jirkupra l-Ballun tad-Deheb wara li dan mar għand Karim Benzema ta’ Real Madrid fl-2022.

L-eks stilla ta’ Barcelona ilu favorit li jirbaħ dan il-premju wara li f’Novembru li għadda huwa kien strumentali biex l-Arġentina rebħu t-Tazza tad-Dinja 2022, fil-Qatar.

Wara dan is-suċċess, fi tmiem l-istaġun li għadda, Messi ingħaqad ma’ Inter Miami, fil-kampjonat Amerikan, liema club huwa ta’ David Beckham. 

L-inklużjoni ta’ Messi kellu effett trasformattiv fuq il-fortuni ta’ Inter Miami hekk kif l-impatt immedjat tal-midfielder ra lit-team jitla’ min-naħa t’isfel tal-klassifika biex rebaħ ukoll l-ewwel unur ta’ Leagues Cup.

Inter Miami waslu wkoll sal-finali tal-US Open Cup, iżda tilfu kontra Houston Dynamo FC minħabba li Messi kien qed jirkupra minn injury. 

Ekonomija

Sport