Thursday, November 14, 2024

Lionel Messi u tliet players oħra ta’ PSG pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain ikkonfermaw li Lionel Messi huwa wieħed mill-erba’ players tal-ewwel team li rriżultaw pożittivi għall-coronavirus.

Les Parisiens huma skedati li jirritornaw għall-azzjoni nhar it-Tnejn wara l-waqfa tax-xitwa, fil-Coupe de France kontra Vannes OC.

Thilo Kehrer u Eric Ebimbe it-tnejn ikkuntrattaw il-COVID-19 eżatt qabel il-Milied, u PSG issa żvelaw li Messi jinsab iżolat wara test pożittiv.

“L-erba’ players pożittivi għal Covid-19 huma Leo Messi, Juan Bernat, Sergio Rico u Nathan Bitumazala. Bħalissa jirrispettaw l-iżolament u huma soġġetti għall-protokoll tas-saħħa xierqa,” qrat stqarrija fuq il-website ta’ PSG.

PSG ntlaqtu b’tifqigħa tal-coronavirus fil-bidu tal-istaġun 2020-21 tal-Ligue 1 – fejn ċedew it-titlu lil Lille – filwaqt li l-manager Mauricio Pochettino irriżulta pożittiv lura f’Jannar tal-2021.

Julian Draxler u Sergio Ramos it-tnejn irritornaw minn injury biex jieħdu sehem fit-taħriġ tal-Ewwel tas-Sena, iżda Neymar għadu barra mil-logħob minħabba problema serja fl-għaksa.

Ekonomija

Sport