Wednesday, April 24, 2024

Anzjana tmut wara li ntlaqtet minn karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 80 sena, residenti l-Ħamrun tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn karozza. Din hija l-ewwel fatalità tas-sena kawża ta’ inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30p.m., fi Triq Giovanni Barbara, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta l-anzjana sfat milquta minn Peugeot 208 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti Santa Venera.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li kienet f’qagħda serja. Aktar tard matul il-lejl il-mara tilfet ħajjitha.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport