Thursday, December 26, 2024

Lista tal-Fergħat tal-BOV li se jiftħu nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju 2020, ħames Fergħat ġewwa Malta u Aġenzija f’Għawdex imsemmija hawn taħt, se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm:

  • Gżira
  • Mosta 
  • Paola 
  • Żebbug 
  • Żejtun
  • Xagħra, Għawdex

Klijenti li jeħtieġu servizzi oħra (mhux relatati ma’ tisrif ta’ ċekkijiet, ġbid ta’ flus u depożiti) bħal self għad-djar, self personali, investimenti, BOV Cards u applikazzjonijiet għall-Internet Banking jistgħu jevitaw il-kju billi jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom. Sempliċiment kemm jibgħatu email fuq [email protected] bit-tip ta’ servizz meħtieġ, in-numru tal-mowbajl, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa preferuta. Jistgħu ukoll iċemplu fuq +356 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 am sal-4 pm.

Il-klijenti huma mħeġġa biex jagħżlu metodi ta’ pagamenti bla kuntatt (contactless payments), li f’dan ix-xenarju tal-COVID-19 huma aktar iġeniċi u sikuri.  Il-Bank of Valletta għandu firxa wiesgħa ta’ mezzi diġitali bħal BOV Internet u Mobile Banking, BOV Pay, BOV Contactless Cards u ATMs. Gwidi u vidjows faċli dwar kif jintużaw dawn il-mezzi jistgħu jinstabu fuq https://www.bov.com/content/safe-channels-covid jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-Bank (@Bovofficial)

Ekonomija

Sport