Saturday, November 16, 2024

Dragomanski jgħid li Muka “ruined his life” f’erba’ minuti

Aqra wkoll

Illum mistennija tibda il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-Maċedonu Viktor Dragomanski li huwa t tieni suspettat fil-qtil doppju f’Tas-Sliema ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski nhar it-18 ta’ Awwissu li għadda.

Il-kawża qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi James Grech u Colin Sheldon mentri l-imputat għandu jassistih lill-Avukat Joe Brincat.

Agħmel refresh tal-paġna għall-aħħar aġġornamenti…

13.55: Il-każ ikompli nhar il-25 ta’ Settembru.

13.49: Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill-Avukat Joe Giglio, li qed jidher parte civile għall-qraba tal-vittmi, l-Ispettur Grech spjega li Viktor Dragomanski kien qalilhom li huwa kien jaf l-aktar lid-Daniż Jesper Kristiansen milli lil Daniel Muka. Viktor qal li huwa jaħdem bħala uffiċjal tas-sigurtà u Jesper kien jiffrekwenta l-bars fejn huwa kien jaħdem. Lil Muka qal li kien jafu minn Paceville. Daniel Muka kien qed isuq, Jesper kien fuq quddiem ħdejh, u Dragomanski kien fis-seat ta’ wara.

Mistoqsi għalfejn Dragomanski kien baqa’ fil-karozza, l-Ispettur Grech qal li Dragomanski kien qalilhom li kien baqa’ hemm għax xejn ma kien organizzat u kien beża’ joħroġ mill-karozza xħin ra li Muka li kellu l-pistola.

13.39: L-Ispettur Grech jgħid li Dragomanski kien irrabjat għal Muka u qal li kien Muka li qatel u “he ruined his life” f’erba’ minuti. Huwa qal li nhar it-18 ta’ Awwissu kien miexi f’Tas-Sliema meta Muka waqaf ħdejh u miegħu kien hemm persuna oħra. Qallu li kellu “job” u staqsieh jekk riedx imur magħhom. Qal li ma kellhomx pjan u kollox kien diżorganzzat. Qal li dan il-“job” ma kienx jaf dwar xiex kien, jekk hux serq jew dwar drogi. Qal li Muka kien ipparkja l-karozza fejn residenza u qal li kienet l-istess residenza li kienu se jisirqu. Meta Muka pparkja l-karozza, Dragomanski nnota li Muka kellu pistola u avżah biex joqgħod attent u ma jużaha għall-ebda raġuni.

Qal li meta daħal fir-resdenza huwa sab raġel jieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu u sab ukoll lill-vittma l-oħra . Muka kien ħareġ mll-kamra tas-sodda u qallu “aħna lesti nistgħu nmorru”.  Dragomanski qal li dak l-ħin kellu xokk fuqu u kien Muka li qallu joħroġ. Qal li huwa ken għen il-Muka jibdel il-pjanċi u li mbagħad qabdu taxi li ħadithom Tas-Sliema. Dragomanski qed jinsisti li meta daħlu fir-residenza kienu diġà sparati t-tiri. Muka kien l-ewwel wieħed li daħal fir-residenza. Fil-fatt mill-filmati rriżulta li Dragomanski kien daħal fir-residenza wara li ġew sparati t-tiri.

13.35: Ix-xhud jgħid li “Kont naf lil Muka minħabba każijiet oħra. Aktar tard, irnexxielna nsibu footage minn karozza tal-linja li juri t-tliet suspettati jistennew fuq il-bus stop.”

Huwa qal li rrikonoxxa lil Daniel Muka bħala r-raġel twil. Minn kamera partikolari jirriżulta li għall-ħabta tal-10.53 p.m. wieħed mit-tliet suspettati jidher dieħel f’ħanut fejn staqsieh għall-Wi-Fi password. Daniel Muka kien arrestat fil-Furjana, u nstabet pistola u ġiżirana li tappartjeni lil Pandolfino. Waqt li Muka kien fil-kustodja huwa rċieva informazzjoni dwar suspettat ieħor, bl-isem ta’ Viktor li kien fil-Blue Bay Hotel. Huwa mar fuq il-post fejn Viktor Dragomanski kien arrestat fil-11.15 p.m.

13.22: Mill-filmati tas-CCTV, Pandolfino jidher jirritorna lura d-dar għall-ħabta tal-10.10 p.m. wara li kellu ikla mal-familja. Il-VW Tiguan tidher iddur fl-akwati għall-ħabta tal-10.13 p.m. u nqabdet tliet darbiet mill-cameras. Fl-10 19 p.m. tliet irġiel dehru deħlin fr-residenza u joħorġu flimkien. Erba’ minuti wara ħarġu mir-residenza u daħlu fil-VW Tiguan.Irriżulta li l-vettura VW Tiguan kif ukoll pjanċi li kien hemm imwaħħlin fuqha kienu misruqa.

13.16: L-ewwel xhud fis-seduta tal-lum huwa l-Ispettur James Grech. Huwa beda biex qal li fit-18 ta’ Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-10.30 p.m. kien informat mill-control room li kienet seħħet sparatura f’residenza fi Triq Locker, Tas-Sliema. Tliet suspetatti dehru deħlin fir-residenza u ftit tal-ħin wara jitilqu b’VW bajda. Xhud li kien qed ipejjep sigarett fil-bejt tiegħu qal li ra s-suspettati jidħlu fir-residenza u jitilqu fil-VW, waqt li xhud ieħor qal li kien sema’ l-isparaturi. Irriżulta li kienu nqatlu Christian Pandolfino u Ivor Piotr Maciejowski b’tiri ta’ arma tan-nar. Pandolfino kien mixħut mal-art ftit ‘il bogħod mill-bieb u Maciejowski nstab fl-ewwel sular tar-residenza. Iż-żewġ vittmi kellhom ġojjelli neqsin. Irriżulta li wara li qatluhom, l-allegati aggressuri ħadulhom xi ġojjelli minn fuqhom.

Ekonomija

Sport