Friday, December 27, 2024

Liverpool akkużati mill-FA Ingliża

Aqra wkoll

Liverpool ġew akkużati b’imġieba mhux xierqa mill-Football Association wara li l-players dawru lir-referee Simon Hooper waqt it-telfa tas-Sibt li għadda f’Manchester City. Bosta players ipprotestaw li l-midfielder tas-City, Rodri, kellu jinwera t-tieni karta safra – li tfisser tkeċċija – għal foul fuq Cody Gakpo wara li kien għadu kif ġie ammonit talli ġibed lura lil Diogo Jota. Liverpool għandhom sa nhar l-Erbgħa li ġej biex jirrispondu.

Ir-referee Hooper indika lil Rodri meta wrieh il-karta s-safra wara l-foul fuq Jota li l-kawtela tiegħu kienet għal akkumulazzjoni ta’ offiżi.

Ekonomija

Sport