Liverpool kellhom taħditiet dwar il-possibbiltà li jġibu lill-attakkant ta’ Bayern Munich, Serge Gnabry, mal-club dan is-sajf.
L-ex player ta’ Arsenal daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu maċ-champions Ġermaniżi u jidher li qed joqrob lejn tluq mill-Allianz Arena.
Qed jingħad li Bayern ressqu offerta ta’ tiġdid finali lil Gnabry fl-aħħar jiem, li se tara lill-player ta’ 26 sena jaqla’ salarju ta’ €10m fis-sena mal-ġganti Bavarjani.