It-tħabbira tal-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, li se jħalli lill-club fi tmiem dan l-istaġun, ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi għal kulħadd speċjalment għall-partitarji tar-Reds.
Huwa stess stqarr li f’Novembru li għadda kien innotifika lid-diriġenti bit-tluq tiegħu u minkejja li għamlu dak kollu possibbli fil-poter tagħhom, it-tweġiba ta’ Klopp kienet li d-deċiżjoni hija rriversibbli.
B’din id-dilemma f’idejhom, id-diriġenti minnufih bdew jaħdmu biex jinstab is-suċċessur tiegħu.
Għaldaqstant huma għamlu kuntatt mal-eks player, Xabi Alonso, li bħalissa jinsab fit-tmexxija tat-team ta’ Bayer Leverkusen li qed jillidjaw il-Bundesliga.
Minn dak in-nhar, id-diskussjonijiet baqgħu għaddejjin u jidher li Alonso se jkun il-manager li jmiss.