Liverpool jinsabu interessati li jakkwistaw lill-istilla ta’ Juventus Kenan Yildiz għalkemm biex jagħmlu dan iridu jħallsu s-somma ta’ €80 miljun.
Ir-Reds qed jippruvaw jippuntaw fuq dan il-plejer għall-futur minħabba li juri viżjoni tajba fl-attakk.
Yildiz għandu 19-il sena u lagħab 42 partita ma’ Juventus filwaqt li skorja ħames gowls. Hu prodott ukoll tal-klabb fejn kien jilgħab anke ma’ Juventus NextGen.