Saturday, December 21, 2024

Liverpool iqisu li jagħmlu offerta għal Mikel Merino ta’ Real Sociedad fis-sajf li ġej

Aqra wkoll

Liverpool qed iqisu li jagħmlu offerta għal Mikel Merino ta’ Real Sociedad fis-sajf li ġej.

Ir-Reds mistennija jġibu mill-inqas midfielder ċentrali wieħed mal-club fl-2022, wara li naqsu milli jsibu sostitut idoneu għal Georginio Wijnaldum matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Jude Bellingham ta’ Borussia Dortmund kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq għal Anfield, iżda BVB komplew jinsistu li l-internazzjonali Ingliż mhux għall-bejgħ.

Minħabba f’hekk, Liverpool issa qed jesploraw għażliet alternattivi, u l-ġganti ta’ Merseyside qed iħejju biex ‘jerġgħu jattivaw’ l-interess tagħhom f’Merino.

Huwa mifhum li l-manager tar-Reds Jurgen Klopp iqis lill-internazzjonali Spanjol bħala l-player ideali f’nofs il-ground tat-team tiegħu minħabba l-enerġija, il-versatilità u l-‘fiżiku dominanti’ tiegħu.

Liverpool huma lesti li jagħmlu ‘investiment sinifikanti’ biex jipperswadu lil Real Sociedad iħallu lill-player ta’ 25 sena jitlaq matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Merino, li skorja darbtejn u pprovda żewġ assists f’16-il dehra fuq livell ta’ club dan l-istaġun, u qabel lagħab fil-Premier League ma’ Newcastle United bejn l-2017 u l-2018.

Ekonomija

Sport