Wednesday, April 24, 2024

Klawsola ta’ €1 biljun għal Vinicius Junior

Aqra wkoll

Real Madrid qed jippjanaw li jdaħħlu klawsola ta’ release ta’ €1 biljun fi ftehim ġdid għal Vinicius Junior.

Il-Brażiljan kien f’forma impressjonanti għat-team ta’ Carlo Ancelotti matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja disa’ darbiet u kkontribwixxa seba’ assists f’16-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Vinicius għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu, iżda huwa maħsub li huwa wieħed mill-inqas players li jaqilgħu flus fil-Bernabeu, u l-Los Blancos huma ħerqana li jżommu taħditiet dwar ftehim ġdid.

Real Madrid iridu jgħollu l-klawsola tar-release tal-attakkant għal €1 biljun u huma lesti li jagħtuh kuntratt ta’ sitt snin b’żieda fis-salarju.

Vinicius dan l-aħħar żvela li huwa determinat li jiffirma ftehim ġdid mal-Los Blancos, li jistgħu jippermettu lil Isco, Gareth Bale u Marcelo jitilqu lill-club bi free transfer fis-sajf li ġej.

Il-player mill-Amerika t’Isfel issa skorja 23 goal u rreġistra 30 assist f’134 dehra ma’ Real Madrid minn meta ngħaqad mal-Madrileni mingħand Flamengo f’Lulju tal-2018.

Sport