Liverpool aċċettaw l-offerta ta’ Bayern Munich biex l-attakkant internazzjonali Senegaliż, Sadio Mane, jingħaqad.
L-offerta tal-Bavarjani hija dik ta’ €40 miljun liema ċifra riedu oriġinarjament ir-Reds.
Mane kien għamilha ċara wara l-finali tal-UEFA Champions League li ried jingħaqad ma’ Bayern. Iżda Liverpool ma kienux se jħalluh jitlaq qabel ma jiffirmaw attakkant … kif fil-fatt akkwistaw lil Darwin Nunez mingħand Benfica.
Mane, 29 sena, kien fadallu sena kuntratt u għaldaqstant ir-Reds riedu jinnegozjawh … iżda bil-prezz tagħhom.
Għaldaqstant huwa mistenni jmur l-Allianz Arena biex isirlu t-test mediku.