Wednesday, April 24, 2024

Goncalo Inacio segwit ukoll minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona qed iħejju biex jidħlu f’tatqigħa ma’ Manchester United għall-firma tad-difensur ċentrali ta’ Sporting Lisbon, Goncalo Inacio, matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena kien player ewlieni għall-club Portugiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 45 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, irreġistra ħames goals u tliet assists fil-proċess.

Inacio għad fadallu aktar minn erba’ snin fil-kuntratt tiegħu ma’ Sporting, iżda huwa maħsub li hemm klawsola ta’ release ta’ €45m fil-ftehim, li wasslet għal għadd ta’ spekulazzjonijiet rigward il-futur tiegħu.

Sport