Friday, September 11, 2026
Home Sport Liverpool jagħmlu kuntatt ma’ Lamine Camara u Monaco biex jiffirmawh f’Jannar li...

Liverpool jagħmlu kuntatt ma’ Lamine Camara u Monaco biex jiffirmawh f’Jannar li ġej

0
40

Liverpool qed juru interess f’Lamine Camara ta’ Monaco, u  għaldaqstant il-club qed isegwi lill-midfielder. Liverpool mistennija jagħmlu xi akkwisti f’Jannar biex isaħħu l-iskwadra, speċjalment fil-midfield fejn jidher li hemm nuqqas ta’ player difensiv.

Din il-problema dehret f’diversi logħbiet riċenti, fosthom kontra Atletico Madrid, Newcastle United u Nottingham Forest, fejn l-avversarji rnexxielhom jgħaddu faċilment miċ-ċentru tal-ground. Għalhekk, Liverpool jistgħu jfittxu li jsolvu din il-problema fis-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.

Diġà kien hemm rapporti li allegatament il-club għamel kuntatt kemm mal-plejer kif ukoll ma’ Monaco fejn informa lill-club Franċiż li jista’ jidħol fit-taqtiegħa għall-firma tiegħu f’Jannar 2027. 

Il-prezz mitlub jista’ jkun qrib €70 miljun, u Camara huwa maħsub li jkun interessat li jingħaqad mar-Reds.

Camara qed jitqies bħala midfielder ta’ talent eċċezzjonali li jista’ jsaħħaħ ħafna lil Liverpool. 

Il-prestazzjonijiet tiegħu fil-bidu tal-istaġun komplew iżidu l-interess tal-club Ingliż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here