Liverpool ressqu offerta uffiċjali għall-attakkant internazzjonali Brażiljan ta’ Ajax, Antony.
Iżda huma għandhom taqtiegħa ma’ Manchester United u Newcastle United għall-firma tiegħu.
Qed jingħad li huma jippreferi lil Liverpool jew inkella lir-Red Devils għal raġuni waħda. Filwaqt li huwa jixtieq jaħdem taħt it-tmexxija ta’ Jurgen Klopp, huwa diġá ħadem taħt Erik ten Hag li proporju għadu kif ingħaqad ma’ Manchester United mingħand Ajax.
Il-fatt li Liverpool għamlu din l-offerta uffiċjali teżisti possibbiltá kbira li Mohamed Salah se jitlaq mill-club hekk kif iż-żewġ partijiet għadhom ma laħqu l-ebda ftehim dwar kuntratt ġdid.