Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur li jqassam l-ikel l-Isptar isofri ġrieħi ħfief f’inċident f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar jidher li seħħ li seħħet ħabta bejn vettura mijsuqa minn mara ta’ 22 sena residenti Santa Venera u mutur mijsuq minn Indjan ta’ 37 sena residenti Ħal Luqa.

Fil-post issejħet assistenza medika u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Sport