Friday, May 17, 2024

Liverpool jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Matthijs de Ligt

Aqra wkoll

Liverpool qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur ta’ Juventus, Matthijs de Ligt, qabel is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ilu marbut ħafna ma’ bosta clubs ewlenin madwar l-Ewropa minn mindu rnexxielu jħalli lill-ex club tiegħu, Ajax, u din l-ispekulazzjoni kompliet minkejja li ngħaqad ma’ Juvsntus għas-somma ta’ £77 miljun lura fl-2019.

Jingħad li Manchester United u Chelsea għandhom interess fil-player Olandiż, iżda huwa mifhum li Liverpool immexxija minn Jurgen Klopp huma l-aħħar club li qed jesploraw li possibilment jagħmlu offerta għalih fis-sajf li ġej.

Sport