Friday, October 25, 2024

Liverpool jilħqu ftehim ma’ Brighton u ma’ Caicedo … iżda l-istess Caicedo jgħid li jrid lil Chelsea!

Aqra wkoll

Liverpool laħqu ftehim ma’ Brighton għal rekord Britanniku ta’  £111-il miljun biex jiffirmaw lill-midfielder difensiv tal-Ekwador, Moises Caicedo.  

Peró tliet sigħat wara li Caicedo kellu kuntatt mal-player ta’ 21 sena u dan aċċetta li jingħaqad mar-Reds … tliet sigħat wara huwa ddeċieda li jippreferi jingħaqad ma’ Chelsea. 

Il-Ħamis, iż-żewġ clubs kellhom żmien stipulat biex jagħmlu l-offerta tagħhom. U filwaqt li Liverpool offrew l-imsemmija somma, Chelsea baqgħu bl-offerta ta’ £90 miljun li kienu offrew qabel. 

Chelsea issa qed jippruvaw jagħmlu offerta akbar billi joffru players bħala tpartit minħabba r-regola tal-Financial Fair Play. 

Aktar minn hekk, Brighton qed jgħidu lill-player ta’ 21 sena, jew jingħaqad ma’ Liverpool jew inkella jibqa’ mal-club. 

Wieħed irid jgħid ukoll lil Caicedo sostna li jekk Chelsea ma jaslux sa din l-offerta, huwa jinsab lest li jingħaqad ma’ Liverpool. 

Sport