Friday, July 24, 2026
Home Sport Bernardo Silva bejn Real Madrid u Barcelona?

Bernardo Silva bejn Real Madrid u Barcelona?

0
334

Real Madrid u Barcelona jinsabu interessati sabiex jiksbu s-servizzi tal-winger offensiv ta’ Manchester City Bernardo Silva. Dan il-plejer Portugiż għadu kemm għalaq 29 sena ilbieraħ stess u għandu x-xewqa li xi darba jilgħab f’La Liga fi Spanja stess.

Wara perjodu ma’ Benfica u Monaco, Silva ngħaqad ma’ The Citizens fl-2017 u magħhom lagħab 200 logħba filwaqt li skorja 33 gowl.

Sadanittant The Citizens qed jaħsbu sabiex ġaladarba jitlaq Silva, huma jmorru għall-plejer ta’ Inter Nicolo Barella.