Liverpool ippreżentaw pjan biex jagħmlu lil Mohamed Salah l-aktar player li jaqla’ flus mal-club.
L-Eġizzjan fadallu inqas minn sentejn fil-kuntratt attwali tiegħu f’Anfield, b’diskussjonijiet għad iridu jibdew dwar tiġdid minkejja li Salah sostna li jrid iqatta’ l-kumplament tal-karriera tiegħu mar-Reds.
Fil-ground, il-player ta’ 29 sena qed ikompli jimpressjona bil-wirjiet tiegħu fejn skorja 15-il goal fi 12-il dehra s’issa dan l-istaġun.
Salah irid isir l-aktar player imħallas ta’ Liverpool, iżda s-sidien tal-club, Fenway Sports Group, jibqgħu kawti biex jagħtuh kuntratt sinifikanti hekk kif dalwaqt jagħlaq 30 sena.
Minħabba f’hekk, ir-Reds se jimmiraw li jaqtgħu x-xewqat tal-attakkant billi jagħtuh kuntratt attraenti ġdid.
Huwa mifhum li Salah qed jitlob salarju ta’ £500,000 fil-ġimgħa.